top

Min Aħna

Meta nqisu l-ġabra sostanzjali ta’ kontenut statiku u dinamiku li jintuża fit-tagħlim elettroniku, nsibu sfida quddiemna biex l-użu ta’ dan il-kontenut jikber. Bl-użu ta’ sistema għall-amministrazzjoni tat-tagħlim, nistgħu ntejbu l-aċċesibilità u l-ġbir ta' informazzjoni minn dan il-kontenut.

L-għan tal-progett Language Technology for eLearning (LT4eL) huwa li jieħu ħsieb din il-problema billi jiprovdi funzjonijiet mill-qasam tat-Teknoloġija Lingwistika u li jintegra l-gharfien semantiku biex ntejbu l-amministrazzjoni, distribuzzjoni u l-ġbir ta’ materjal għat-tagħlim.

Irridu nħarsu lejn riżorsi u għodda Teknoloġiċi Lingwistiċi għall-ġenerazzjoni semi-awtomatika ta’ ''metadata'' deskrittiva. B’hekk niżviluppaw funzjonijiet ġodda bħal ''key word extractor'' u ''glossary candidate detector'', apposta għall-lingwi differenti fi ħdan il-proġett (Bulgaru, Ċek, Daniz, Ingliż, Germaniż, Malti, Pollak, Portugiż, Rumen).

Sabiex insaħħu l-amministrazzjoni, d-distribuzzjoni u t-tfittxija ta' materjal għat-tagħlim, ser nintegraw it-tagħrif semantiku fil-forma ta’ ontoloġiji. Permezz ta’ dawn l-ontoloġiji, nistgħu niġbru l-informazzjoni miħtieġa f’qafas multilingwistiku. Dawn il-funzjonijiet jistgħu jiġu integrati ma kwalunkwe sistema għall-amministrazzjoni tat-tagħlim b’ sors miftuħ, iżda s-sistema ta’ valutazzjoni li ħa tiġi addottata ħa tkun dik tal-ILIAS. Ħa niprovdu metodoloġija xierqa għall-investigazzjoni ta’ l-impatt li dawn il-funzjonijiet il-ġodda ser jkollhom fuq l-esperjenza tat-tagħlim.

L-integrazzjoni ta dawn il-funzjonijiet se jiffaċilitaw il-kostruzzjoni ta’ korsijiet speċifikament għall-''user'', se jagħtu aċċess dirett għat-tagħrif, u ser issostnu d-decentralizazzjoni u l-koperazzjoni għall-amministrazzjoni tal-kontenut. Minbarra dan, il-proġett ser issostni d-diversità lingwistika ta’ Ewropa mkabbra, jagħti kontribut fid-disseminazzjoni tat-tagħlim elettroniku f’ lingwi differenti billi joħloq komunità għat-tagħlim virtwali multilingwistika u jipprovdi t-teknoloġiji biex inssostnu dawn il-funzjonijiet.

LT4eL Architecture

Architecture


Il-proġett LT4eL huwa mgħejjun mill-Unjoni Ewropea
taħt l-''Information Society and Media Directorate,
Learning and Cultural Heritage Unit''
istlogo Kuntratt: 027391
Tip ta' Proġett: Specific Targeted Research Project
Bidu: 1 December 2005
Tul: 30 months
Sħab: 12